Idur id-dinja bla fjuwil – One News

Notifiki

Idur id-dinja bla fjuwil

Wasal lejn tmiemu l-vjaġġ rekord ta’ ajruplan li jaħdem bl-enerġija tax-xemx. ‘Solar Impulse 2’ li ilu sbatax-il xahar idur id-dinja, huwa l-ewwel ajruplan li rnexxilu jagħmel dan mingħajr qatra fuel.

Issa l-ajruplan telaq bl-aħħar vjaġġ minn Cairo għall-Emirati Għarab Magħquda, il-post fejn beda dan il-vjaġġ.

Solar Impulse 2 huwa ajruplan ħafif li jiżen daqs SUV imma għandu l-ġwienaħ twal daqs ta’ Boeing 747.

B’kollox, il-kaptani Andre Borschberg u Bertrand Piccard, tajjru l-ajruplan għal 35,000 km. Dawn it-tnejn kissru wkoll ir-rekord tal-itwal solo flight mingħajr fuel mill-Ġappun sal-Hawaii f’ ħamest ijiem u iljieli bla waqfien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend