Ipprova jinganna kumpaniji tal-assigurazzjoni – One News

Notifiki

Ipprova jinganna kumpaniji tal-assigurazzjoni

Deamer Bartolo, ta’ 31 sena, kien ikkundannat 20 ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Dan wara li ammetta li għamel dikjarazzjoni falza; li biha għamel qligħ għad-dannu ta’ numru ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Fil-Qorti ntqal li ma kienx hu li rċieva l-flus mingħand il-kumpaniji inkwistjoni, iżda persuna oħra li kienet involuta direttament kienet tħalset u rċieva ħlasijiet żgħar mingħandha.

Minbarra s-sentenza sospiża, l-imputat kien ordnat ukoll jitqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni għal tliet snin u jagħmel tliet mitt siegħa xogħol fil-komunità.

Sentenza oħra ta’ xogħol fil-komunità 

Victor Camilleri, anzjan ta’ 62 sena, ġie ordnat jagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità.

Dan wara li fil-Qorti t’Għawdex ammetta l-akkuża ta’ dikjarazzjonijiet foloz, li bihom għamel qligħ t’aktar minn erbat’elef ewro għad-dannu ta’ koppja li kienet fdatu biex jieħu ħsieb l-interessi finanzjarji tagħhom.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, qalet ukoll li l-imputat irid irodd lura l-flus li ħa lill-koppja b’qerq.

Seraq flus kontanti minn fuq ajruplan

Żagħżugħ ta’ 18 –il sena minn Ħal Tarxien tpoġġa taħt probation għal 18 –il xahar.

Dan wara li ammetta li seraq flus kontanti u mowbajl minn fuq ajruplan tar-RyanAir fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Matul dan il-perjodu, iż-żagħżugħ se jkun jista’ jindirizza wkoll problemi relatati mal-vizzju tad-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend