Informazzjoni li daħħlet lil żagħżugħa Ħamruniża fl-inkwiet – One News

Notifiki

Informazzjoni li daħħlet lil żagħżugħa Ħamruniża fl-inkwiet

Żagħzugħa residenti l-Ħamrun ma nstabitx ħatja li mingħajr awtorizzazzjoni, ħadet fil-pussess tagħha xi data, software jew dokumentazzjoni, jew li għamlet użu minnhom, wara li telqet il-kumpanija kummerċjali li magħha kienet tahdem.

Il-kumpanija kummerċjali akkużat lit-tfajla li ma kelliex jedd tibgħat din l-informazzjoni lilha innifisha mill-kompjuter tax-xogħol, ghax b’hekk hija setgħet għamlet użu minn informazzjoni li ma kinitx tagħha.

Id-dokumentazzjoni imsemmija huwa ktieb li jingħata lil kumpaniji tal-assiguirazzjoni bil-għan li jigi stabbilit il-valur fis-suq ta’ kull vettura, biex b’hekk ikunu jistgħu jagħtu parir lil klijenti li jkunu bi ħsiebhom jassiguraw il-vettura tagħhom magħhom.

Minkejja li l-imputata bagħtet din l-informazzjoni fuq l-ijmejl personali tagħha, saħqet li dan għamlitu b’intenzjoni tajba biex jekk xi ħadd isaqsiha dwar il-valur ta’ xi vettura partikolari hija tkun f’pożizzjoni li twieġbu minnufih. Fix-xhieda tiegħu l-espert Dr Anton Felice qal kif dan il-ktieb ma kienx fih xi data sensittiva u minkejja li jappartjeni lil din il-kumpanija, il-kontenut tiegħu kien aċċessibbli fuq l-internett għall-interess tal-pubbliku – tant li kien hemm pressjoni mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex dan il-ktieb jitqiegħed onlajn.

L-akkużi miġgħuba fil-konfront tal-imputata qajmu diskussjoni dwar x’jikkonstitwixxi użu ħazin ta’ kompjuter.

Il-Qorti qalet li din id-definizzjoni hija kemxejn diffiċli biex tispjegha minħabba li timxi id f’id mat-tibdil kontinwu tal-użu fit-teknoloġija.

Il-Qorti saħqet ukoll li din il-materja hija pjuttost ġdida għall-Qrati lokali, tant li ma ssibx ġurisprudena li tagħti komfort lill-gudikant.

F’sentenza pjuttost elabortata, il-Qorti ghamlet referenza ghal diversi Awturi Ingliżi dwar is-suggett, kif ukoll saħansitra ezaminat id-dibattiti Parlamentari ta’ meta gew fis-seħħ dawn ir-reati.
Wara studju bir-reqqa ta’ xi tgħid il-liġi li tirregola l-użu ħazin tal-kompjuter, il-Qorti ma sabitx lill-imputata ħatja tat-tlett reati li bihom ġiet mixlija u konsegwentement ġiet liberata minn kull akkuża.

Tul dawn il-proċeduri l-imputata kienet assistita mill-Avukat Andy Ellul.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend