Seraq minn għonq anzjana – One News

Notifiki

Seraq minn għonq anzjana

Johann Xerri mill-Belt Valletta ammetta li seraq ġiżirana li tiswa’ mas-sitt mitt ewro minn għonq anżjana ta’ 82 sena fil-Birgu.

Din mhijiex l-ewwel darba li Xerri, li għandu 32 sena, xellef  difrejh mal-qorti, tant li ammetta wkoll li kien reċidiv.

Quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale l-akkużat stqarr li seraq biex isostni l-vizzju tad-droga għax kien midjun.

Wara li kkunsidrat is-sitwazzjoni ta’ Xerri l-qorti tagħtu sentenza ħabs ta’ tmintax-il xaħar filwaqt li ordnatlu jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend