Ħati li seraq koppja minn lukanda – One News

Notifiki

Ħati li seraq koppja minn lukanda

Żewġt Għawdxin ingħataw probation ta’ tlett snin u xogħol fil-komunita mill-Qorti t’ Għawdex wara li nstabu ħatja ta’ serq minn koppja fil-lukanda Kempinski f’ San Lawrenz. Il-każ imur lura għal April tal-2013 meta Anthony Fenech ta’ 38 sena mir-Rabat, li dak iż-żmien kien impjegat fil-lukanda, u Rodney Farrugia ta’ 26 minn Għajnsielem, kienu akkużati li serqu żewġ arloġġi, kartiera, u flus kontanti mill-koppja li kellha apartament fil-lukanda.

Apparti l-akkuża ta’serq, Farrugia kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża.

Il-Koppja saħqet kif dakinhar li nsterqulhom dawn l-oġġetti u anke il-flus, ħadd ħlief Fenech ma kellu aċċess għall-appartament, jew kien jaf li l-koppja mhux se tkun id-dar. Il-Qorti innutat ukoll kif wieħed mix-xhieda qal li Farrugia kien tah l-erba mitt ewro flus kontant li seraq mill-appartament. Il-Koppja qalet ukoll li Fenech bagħatilhom email b’apoloġija tal-aġir tiegħu, u li għamel dan għax kien għaddej minn problemi personali.

Il-Qorti ddeċidiet li l-akkużati jingħataw tlett snin probizzjoni kull wieħed. Fenech kien ordnat ukoll iqatta’ mija u għoxrin siegħa xogħol fil-komunita. Min-naħa l-oħra Farrugia kien ordnat jagħmel mija u ħamsin siegħa minħabba li kiser ordni ta’ sentenza sospiża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend