Ċamata u ħabs għal żewġ subien | One News

Notifiki

Ċamata u ħabs għal żewġ subien

Żewġ żgħażagħ ta’ sittax u sbatax-il sena intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ erba’ serqiet ta’ kartieri t’ anzjani f’ okkazjonijiet differenti. Is-subien kienu akkużati wkoll li kkawżaw ġrieħi ħfief fuq wieħed mill-vittmi tagħhom.

Il-Magistrat Depasquale ma laqax it-talba ta’ ħelsien mill-arrest minkejja li l-akkużati kellhom kondotta nadifa iżda qabel li jitpoġġew f’ambjent addattat għall-eta tagħhom u li l-ismijiet tagħhom ma jixxandrux.

Is-Subien ingħataw uffiċċjal tal-probizzjoni kull wieħed biex ‘il quddiem jippreżentaw rapport dwar il-progress tagħhom.

Il-Maġistrat Francesco Depasquale qalilhom li jinsab iddiżgustat bl-aġir tas-subien u staqsihom jekk jafux is-sofferenza li dawn ġabu fuq ommijiethom, li kienu preżenti fl-awla. Imbikkma, is-subien għannqu lill-ommijiethom għall-aħħar darba qabel ittieħdu l-ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend