BREXIT: X'inhu l-pass li jmiss? | One News

Notifiki

BREXIT: X’inhu l-pass li jmiss?

Id-diskussjonijiet dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jkunu liberi u miftuħa. Dan qalitu Theresa May, hija u tipprepara għall-ewwel żjara tagħha f’diversi bliet Ewropej.

May qalet li huwa kruċjali li jinżammu rabtiet kummerċjali b’saħħithom biex ikun assigurat li r-Renju Unit jagħmel suċċess mid-deċiżjoni ta’ ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

Hija mistennija jkollha working dinner ma’ Angela Merkel fil-jum tal-Erbgħa qabel ma jkollha diskussjonijiet ma’ Francois Hollande il-Ħamis. Qabel ma ssiefer, hija mitluba twieġeb l-ewwel mistoqsijiet bħala Prim Ministru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend