Il-Qorti tibgħat 755 każ ġdid għand tal-parole – One News

Il-Qorti tibgħat 755 każ ġdid għand tal-parole

 

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela ħabbar fil-Parlament li matul l-2015 kien hemm 755 każ ġdid li mill-qrati ġew riferuti lid-dipartment tal-probation u l-parole.

Sal-31 ta’Diċembru, dan id-dipartiment kellu total 1,104 każ li kienu attivi.

Il-ministri kien qed jintroduċi Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Probation. Dan jipprovdi għat-teħid ta’ kampjuni għall-iskop li jiġi żgurat, li min ikun taħt probation u min ikun fuq parole ikunx ħa xi droga jew alkoħol.

Id-dipartiment segwa 35 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ngħataw liċenzja tal-parole. Tlieta minnhom ma aċċettawx il-parole u hemm tliet persuni oħra li kisru l-liċenzja tal-parole.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend