Il-mara ta’ Trump akkużata li kkuppjat – One News

Notifiki

Il-mara ta’ Trump akkużata li kkuppjat

Melania, il-mara ta’ Donald Trump affaċċjat akkużi li f’parti mid-diskors tagħha fil-Konvenzjoni Nazzjonali Repubblikana kkuppjat lil Michelle Obama, l-mara tal-President Amerikan, Barack Obama.

Il-kummentaturi nnuttaw similiritajiet bejn id-diskors ta’ mart Trump ma’ dak li għamlet fil-Konvenzjoni, Michelle Obama fl-2008. Fl-ewwel diskors tagħha f’din il-kampanja, is-sinjura Trump faħħret lil żewġha u fissritu bħala kompassjonali u li lest li jagħmel kollox għal pajjiżhom.

Parti mid-diskors li qed jingħad li hija kkuppjata hija dik dwar il-valuri. Trump qalet li l-ġenituri tagħha tellgħuha bil-valuri li taħdem għal dak li trid fil-ħajja, li tagħmel dak li tgħid u li jkollok fiduċja fin-nies b’rispett.

Fid-diskors tagħha fl-2008, il-mara ta’ Obama, qalet li Barack Obama u hi ttellgħu b’valuri simili fosthom li taħdem qatigħ għal dak li trid fil-ħajja, li tagħmel dak li tgħid li se tagħmel u li titratta n-nies b’dinjità u rispett anke jekk ma tafhomx jew ma taqbilx magħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend