L-ewwel xelter ta’ emerġenza f’pajjiżna – One News

Notifiki

L-ewwel xelter ta’ emerġenza f’pajjiżna

Ġiet inawgurata Dar Papa Franġisku f’Birkirkara: l-ewwel xelter ta’ emerġenza  f’pajjiżna. Dan infetaħ bil-għajnuna ta’ Caritas Malta u investiment mal-privat, f’dan il-każ The Alfred Mizzi Foundation.

Dan huwa mudell uniku u ta’ fejda għal dawk l-aktar fil-bżonn u qed isir wara li l-fondazzjoni li se tmexxih, Dar il-Hena, ġiet imwaqqfa fis-16 ta’ Settembru 2015.

Waqt l-inawgurazzjoni intqal li għalkemm f’Malta għandna hafna servizzi, kien għad hemm problema matul il-lejl. Ħafna nies li għal xi raġuni jew oħra kien ikollhom joħorġu mid-dar fejn jgħixu, kienu jispiċċaw iqattgħu l-lejl f’għassa tal-Pulizja. Dan żgur mhux post ideali fejn nies bi problemi soċjali jirrikorru,  speċjalment meta jkunu akkumpanjati minn tfal.

Għal dan ix-xelter il-Gvern se jħallas il-pagi ta’ l-staff kollu mehtieg. Fost oħrajn se jkun hemm madwar għaxar care workers impjegati full-time. Il-kċina fiha l-aqwa apparat u l-ikel se jingħata minn The Alfred Mizzi foundation. Fi ftit ġimgħat oħra se jinfetaħ xelter t’emerġenza f’Għawdex ukoll.

DAR

20160718_120938

Minister for the Family and Social Solidarity Michael Farrugia together with Caritas  inaugurates 'Emergency Drop in Shelter'Fondazzjoni Dar il-Hena, 126, Fleur De Lys Road, Birkirkara

20160718_114639

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend