Ikompli jiżvolġi l-każ tal-Egyptair – One News

Notifiki

Ikompli jiżvolġi l-każ tal-Egyptair

F’konverżazzjoni rrekordjata abbord it-titjira tal-EgyptAir li ġġarraf fil-baħar Mediterran f’Mejju li għadda, jissemmew nirien fuq l-ajruplan.

Din l-informazzjoni ngħatat minn tim Eġizzjan li qed imexxi l-investigazzjonijiet, għalkemm il-kumitat li qed imexxi l-investigazzjoni uffiċjali qal li għadu kmieni wisq biex jingħad fejn jew għaliex kien hemm xi nirien fuq l-ajruplan.

L-informazzjoni l-ġdida ssostni l-evidenza mill-flight recorder ta’ duħħan fil-kabina.

Dan flimkien ma’ fdalijiet li kienu nstabu, li urew sinjali ta’ ħsara kkawżata minn temperatura għolja, u nugrufun fuq il-parti ta’ quddiem tal-ajruplan.

Kienu sitta u sittin il-passiġġieri abbord it-titjira MS804 li kienet fi triqitha lejn il-Kajr minn Pariġi. Ħadd ma salva minn din it-traġedja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend