Int sibtu lil Pokémon? – One News

Notifiki

Int sibtu lil Pokémon?

Ġimgħa biss wara li Pokémon Go ġiet introdotta, l-eċitament fost dawk li qed jużawa żgur li mhux jonqos, anzi jiżdied.

L-aħħar riċerka li saret minn SurveyMonkey turi kif din l-APP saret l-iktar waħda famuża fl-Istati Uniti, din ir-riċerka hija bbażata fuq dawk li jilgħabu kuljum din il-logħba.In-numru ta’ nies li jużaw din l-APP saħansitra jaqbeż dak ta’ Candy Crush.

Wara biss ġurnata, din l-APP ġiet installata mill-istess numru ta’ nies li niżlu l-APP magħrufa tad-dating ‘Tinder‘.

Dan is-survey juri wkoll kif Pokémon Go qed jużawa aktar minn 21 miljun persuna fl-Istati Uniti, numru li saħansitra jaqbeż dak ta’ Twitter u li qed iħabbatha wkoll ma’ Snapchat u Google Maps.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend