Mizzi rapporteur dwar standards Ewropej | One News

Notifiki

Mizzi rapporteur dwar standards Ewropej

L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi inħatret bħala rapporteur għan-nom tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni għall- Konsumatur fuq ir-rapport “European Standards for the 21st century”.

Dan ir-rapport huwa tweġiba diretta għall-inizjattiva konġunta għall-Istandardizzazzjoni u l- proposta riċenti li tippreżenta l-viżjoni tal-Kummissjoni dwar kif ghandhom jigu stabbiliti standards Ewropej quddiem l-izvillup teknologiku, l-prijoritajiet politici u global trends.

Marlene Mizzi qalet: “L-istandards jaffettwaw kollox madwarna u jistgħu jghinu biex jitnaqqsu l-ispejjeż għan-negozju u l-konsumaturi, itejbu l-prestazzjoni, u s-sikurezza. Standards prattici jgħinu biex jigu evitati sustanzi fl-ikel, fl-ilma, fi prodotti kozmetiċi jew prodotti oħra ta’ kuljum li jistghu jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. Huma wkoll kruċjali sabiex jagħtu spinta lill-kompetittività u l-innovazzjoni tan-negozji tagħna u l-prodotti fis-Suq Uniku Diġitali globalment.”

L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi qalet li setturi bħall-eHealth, l-enerġija intelliġenti, it-trasport, u l-manifattura fost ħafna oħrajn ser jibbenefikaw minn dawn il-proposti pprezentati. “Eżempju wieħed, li jiġi f’moħħi u jaffettwa lkoll, hija l-plugs fuq l-appliances u l-swiċċijiet elettriċi li jvarjaw minn pajjiż għal ieħor” “, qalet l-MPE Mizzi

Mizzi żiedet li s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni għandha kemm jista’ jkun tkun inklussiva billi tinvolvi konsumaturi, u stakeholders socjetali bhal trade unions, NGOs ambjentali, rappreżentanti tal-anzjani u ta’ persuni b’dizabilita. Fl-aħħar mill-ahhar, l-istandards qegħdin hemm biex itejbu l-ħajja tagħna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend