Attakk bi trakk iħalli għexieren mejta fi Franza | One News

Notifiki

Attakk bi trakk iħalli għexieren mejta fi Franza

Għexieren huma maħsuba mejta wara li trakk baqa’ dieħel ġewwa folla waqt iċ-ċelebrazzjoniiet tal-festa nazzjonali Bastille Day fi Franza.

L-attakk seħħ fil-famuża Promenade des Anglais f’Nice, waqt li kienet qed issir wirja tal-logħob tan-nar.

L-awtoritajiet tal-lokal qed iħeġġu lin-nies biex jibqgħu d-dar. Is-sindku ta’ Nice Christian Estrosi kkonderma li s-sewwieq tat-trakk qatel ħafna persuni. Sorsi oħra qed jgħidu li mill-inqas 60 persuna sfaw maqtula u ħafna oħra sfaw midruba. Jidher li s-sewwieq tat-trakk ta’ madwar sitt tunnellati nqatel ukoll. Ix-xena deskritta minn dawk li kienu fuq il-post ma’ mezzi tax-xandir internazzjonali hija waħda kerha ħafna, b’rakkonti ta’ iġsma mixħuta mal-art.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend