Pensjonant mixli b’atti sesswali man-neputijiet ta’ tmien snin – One News

Notifiki

Pensjonant mixli b’atti sesswali man-neputijiet ta’ tmien snin

Pensjonant ta’ 66 sena ġie mixli bil-parteċipazzjoni f’atti sesswali ma tliet neputijiet tiegħu li kellhom tmien snin, liema atti għamilhom fl-2002 kif ukoll ftit ġimgħat ilu.

L-identità tal-akkużat ma tistax tiġi żvelata biex ikunu mħarsa l-minorenni. Huwa wieġeb mhux ħati iżda nżamm fil-kustodja tal-Pulizija. Il-każ sar magħruf wara li wieħed mill-vittmi, li llum għandu 18-il sena, iddeċieda li jirrapporta l-abbuż li kien sofra snin ilu. Huwa ra  lill-zijjuh jilgħab mat-tfal waqt okkażjoni tal-familja u beża li dawn jgħaddu mill-istess xorti.

Waqt l-investigazzjoni ħareġ li oħt dan il-ġuvni kienet abbużata wkoll imma kienet tibża wisq biex tirrapporta. Iz-zija tal-ġuvni wkoll kienet sforzata tipparteċipa f’atti sesswali mar-raġel, iżda ma rieditx tieħu passi legali fil-konfront tiegħu.

Waqt l-interrogazzjoni l-pensjonant ammetta l-atti u ammetta wkoll li tliet ġimgħat ilu ikkorrompa tifla ta’ tmien snin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend