Kulturi differenti jiltaqgħu f'Ta' Xbiex | One News

Notifiki

Kulturi differenti jiltaqgħu f’Ta’ Xbiex

Wara is-suċċess tas-sena li għaddiet, il-kunsill Lokali Ta’ Xbiex ser jerġa’ jorganizza l-attivita’ interkulturali ‘Connecting Through Culture’.

Ta’ Xbiex hija l-lokalita’ fejn hemm l-akbar numru ta’ ambaxxati u residenzi tal-ambaxxati. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali ħaseb sabiex jinvolvi lil dawn l-ambaxxati kollha u jtellgħa attivita’, nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju ġewwa l-parkeġġ tal-yacht marina, bil-parteċipazzjoni sħiħa ta’ dawn l-istess ambaxxati mit-6pm ‘l quddiem. Din l-attività hija appoġjata mis-Segretarjat Parlamentari ghall-Gvern Lokali.

Kull ambaxxata se jkollha stand tal-ikel u xorb, jew ser ittella’ xi spettaklu fuq il-palk. L-ikel li se jkun hemm huwa tipiku tal-pajjiżi differenti li ser jippartecipaw.  Se jkun hemm wkoll spettaklu varjat minn artisti lokali u internazzjonali li se jinġiebu apposta hawn Malta biex jipparteċipaw f’din l-attività.

Il-ħsieb hu biex ir-residenti ta’ Ta’ Xbiex kif ukoll il-pubbliku in ġenerali, jiċċelebraw id-diversità u jingħaqdu permezz tal-kultura.

taxbiex

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend