Sentenza sospiża għax kien egoist – One News

Notifiki

Sentenza sospiża għax kien egoist

Sirjan residenti San Ġwann spiċċa ħati ta’ rikatt, fastidju u theddid meta ipprova jieħu vantaġġ ta’ filmat privat li spiċċa għandu bi żball.

Mahmoud Razouk, ta’ 41 sena irrifjuta t-talba tal-mara li jħassar il-filmat sesswali, li kellu jkun għar-raġel tagħha, u minflok ipprova jġiegħla tiltaqa’ miegħu għal skopijiet sesswali.

Il-Maġistrat Ian Farrugia sema’ kif Razouk kien persistenti u hedded li jxandar il-video onlajn jekk tirrifjuta.

Fil-qorti, d-disjussjoni ħadet xejra metaforika meta saru referenzi għal ‘kejk’ u waslet għal konklużjoni li minflok gawda minn biċċa kejk li ġiet mix-xejn, l-akkużat kien żaqqieq u pprova jikseb kejk sħiħ ieħor.

L-akkużat instab ħati mingħajr riżervi u weħel disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentjn, garanzija personali ta’€2,000 , filwaqt li l-qorti ordnat li l-kompjuter tiegħu jinqered wara li ma kkoperax mac-Cybercrime Unit. Biex tkun protetta l-vittma, l-Maġistrat ħareġ ordni ta’ protezzjoni u wissih biex ma jitħajjarx javviċinaha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend