Inqabdet tisraq mobile minn supermarket – One News

Notifiki

Inqabdet tisraq mobile minn supermarket

Bulgara ta’ 22 sena ħadet lezzjoni qarsa mill-Qorti li weħħlitha sentenza sospiża talli serqet iPhone 6 minn supermarket f’ San Ġiljan il-Ħadd li għadda.

Sabka Georgieva, li nqabdet tisraq mill-kameras tas-sigurtà wieġbet ħatja u tat il-valura tal-mobile lil pulizija, biex tkun ikkumpensata l-mara li serqitu mingħandha peress li kienet diġa biegħitu.

Fid-dawl ta’ dan il-qorti kienet ħanina u weħħlitha sentenza ta’ sena ħabs sospiżi għal sentejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend