ESKLUSSIVA: L-ewwel adozzjoni fost dawk b’Unjoni Ċivili – One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: L-ewwel adozzjoni fost dawk b’Unjoni Ċivili

Perjodu twil ta’ skrutinju u proċeduri għall-koppja gay li xtaqet trabbi l-ulied intemm it-Tlieta filgħodu meta fil-Qorti tal-Familja kienet approvata l-adozzjoni ta’ wild għal żewġ irġiel.

Kien one.com.mt li żvela kif żewġ irġiel li fl-aħħar xhur immarkaw l-imħabba tagħhom f’Unjoni Ċivili. Biex b’hekk ingħataw id-drittijiet kollha ta’ żwieġ.

Kien ’April tal-2014 li l-liġi ddaħlet f’pajjiżna biex pass pass Malta saret l-iktar pajjiż fid-dinja li jistma b’mod ġust lill-ulied b’orjentazzoni sesswali differenti.

Fl-aħħar xhur ingħata tagħrif kif kienu għexieren dawk li daħlu f’Unjoni Ċivili, bl-applikazzjoni għal adozzjoni kien hemm waħda biss. Dik li issa hija magħluqa biex din il-familja issa tista’ trabbi wkoll wild b’għożża kbira.

Għalkemm din il-koppja daħlet f’Unjoni Ċivili, l-adozzjoni minn persuna gay qatt ma kienx xi ħaġa li ma setgħetx issir. B’persuni li tkellmu magħna fissru kif ir-rabta tal-Unjoni Ċivili tista’ toffri iktar stabbilta’. L-adozzjoni għal-persuni gay għandha l-istess proċedura daqs li kieku l-adozzjoni saret minn raġel u mara.

F’każ li tkun tixtieq tagħmel adozzjoni koppja trid tagħmel rikors il-qorti. Minn hemmhekk il-qorti tal-familja tagħmel assessjar qawwi fuq il-koppja biex tara jekk dan ikunx l-aħjar ambjent għat-tifel jew tifla li ser ikunu qed jaddotaw.

Huwa għalhekk li l-liġi tal-adozzjoni hija bbażżata fuq l-aqwa interess tat-tfal sabiex ikunu mħarsa. Minn hemmhekk is-sezzjoni tal-ġurisidzzjoni volontarja fi ħdan il-Qorti Ċivli taċċetta jew tirrifjuta r-rikors. Dan dejjem fl-interess tal-minuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend