Simon jerġa’ jqabbel lill-Prim Ministru ma’ Farage – One News

Notifiki

Simon jerġa’ jqabbel lill-Prim Ministru ma’ Farage

Minkejja l-pressjoni interna li qed jaffaċja wara li għaffiġha, Simon Busuttil qed jibqa’ jagħmel ta’ rasu u jkompli jqabbel lil Prim Ministru Joseph Muscat ma’ Nigel Farage, l-ex mexxej tal-partit tal-UKIP li mexxa l-kampanja biex ir-Renju Unit joħroġ barra mill-Unjoni Ewropea.

Fuq is-Sunday Times, Simon Busuttil reġa’ qabbel lil Joseph Muscat ma’ Farage, bil-kliem ‘much like Farage himself’. Dan anke jekk fil-Parlament nhar it-Tnejn prova jagħti l-impressjoni li jaqbel mal-Prim Ministru u l-pożizzjoni li ħa dwar il-vot Brexit.

Fl-artiku Busuttil kompa jiftaħ l-attakki fuq il-Prim Ministru meta uża l-frazi ‘ewro-realist’. Skont Busuttil hi frazi li li tiddefinixxi lil dawk li huma akkost ta’ kollox kontra l-Unjoni Ewropea.  ‘Same tag Brexiters used for themselves’ qal Busuttil.

Il-Frazi ‘ewro-realist’ intużat f’kuntest, wara summit li ddiskuta l-vot Ingliz. Frażi li kif spjega l-Prim Ministru tfisser li meta wieħed jikkritika l-Unjoni Ewropea ma tkunx ewro xettiku imma ewro realist. Fl-artiklu, Busuttil kompla jattakka lil Joseph Muscat għax sejjaħ l-Unjoni Ewropea elitista, Unjoni Ewropea ‘l bogħod miċ-ċittadin.

Argument li dwaru l-Prim Ministru dejjem sostna li għall-kuntrarju ta’ li qed jiġri fl-Unjoni Ewropea, dan il-Gvern jara li jibqa’ viċin il-poplu, li l-familji jgħixu komdi, li jkun indirizzat il-faqar u li jinħoloq iktar xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Nixtieq infakkar lil SB li Farage gej mill-kamp politiku tieghu. Dan originalment kien Konservattiv I.e. Mill-Istess grupp tal-PN u wara sar “nazzjonalist”. Apparti f’dan ma nistax Nara politiku aktar differenti minn Dr Joseph Muscat milli hu Farage. Jekk f’ Dan il-pajjiz hawn wiehed falz daqs Farage jekk mhux aktar Dan m’hu hadd hlief Simon Busuttil!

  2. L-uniku karattru li ghandhu xebh ma dan il-kummiedjant bla direzzjoni hu Frank Spencer ta’ Some Mothers do ‘ave them !
    .
    L’ukika differenza li Simon Busuttil ibikki wkoll u mhux idahhaq biss !

  3. Xmun, nti leccaculop tal-UE għax m’hemm xejn ħażin li wieħed ikun eurorealistiku u mhux leccaculo tal-barrani.

  4. Mhux ta min jafdah lill dan il-politiku dilettant…il-marka tieghu hi li kull ma jghid isir duhhan il ghada

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend