L-ebda ċelebrazzjonijiet jekk jirbħu Franza llejla – One News

Notifiki

L-ebda ċelebrazzjonijiet jekk jirbħu Franza llejla

Iktar minn 5000 pulizija Franċiż se jkunu f’postijiet differenti madwar Pariġi qabel u matul il-partita tant mistennija tal-illejla, dik tal-finali tal-Euro 2016 bejn Franza u l-Portugal.

Uffiċjali spjegaw kif il-pulizija se jkunu preżenti f’Stade de France kif ukoll f’żoni li huma magħrufa mal-partitarji, fosthom biswit it-Torri Eiffel.

Iżda l-uffiċjali wissew li mhux se jkun hemm ċelebrazzjonijiet f’Champs Elysees jekk din il-finali tintrebaħ minn Franza għal raġunijiet ta’ sigurta’.

Il-pulizija u l-armata ilhom fuq stat ta’ allert minn l-aħħar attakki terroristiċi f’Novembru li matulu tilfu ħajithom 130 persuna.

Uffiċjali Franċiżi spjegaw kif bosta Portuġiżi u Franċiżi qed jippreparaw għall-finali tal-illejla u li fiż-żona tal-partitarji se jkun hemm madwar 1,900 uffiċjal tal-pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend