Il-Malti fil-finali tal-lejla – One News

Notifiki

Il-Malti fil-finali tal-lejla

Illejla l-grawnd ewlieni f’Pariġi, Stade De France, se jkun iddominat mill-kuluri ta’ Franza u l-Portugall biż-żewġ timijiet se jilagħbu l-finali tal-EURO 2016.

Għalkemm rajna tim bħal l-Iżlanda joħloq sorpriżi kbar, diffiċli li wieħed jimmaġina li f’xi finali bħal din jista’ jkun hemm rappreżentanza Maltija jekk mhux xi wieħed mit-tfal li joħorġu mal-protagonisti fil-bidu tal-logħba. U hekk se jiġri llejla.

Robert Schembri rebaħ kompetizzjoni bl-appoġġ tal-MC Donalds biex illejla se jifhem xi tfisser toħroġ fuq il-ħaxix qabel il-finali ta’ waħda mill-iktar kompetizzjonijiet importanti fid-dinja tal-futbol. Biex fil-bidu tal-logħba tal-lejla oqgħod attent biex tara dan iċ-ċkejken ma min se jkun id f’id. Tgħid Cristiano Ronaldo jew Paul Pogba?

Ritratt: mfa.com.mt

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend