Splużjonijiet għand tal-pastizzi – One News

Notifiki

Splużjonijiet għand tal-pastizzi

Il-ħemda tal-lejl inbidlet f’ħoss ta’ splużjonijiet f’Ħal Luqa, hekk kif gass li ħareġ minn ċilindru wassal għall-problemi f’ħanut tal-pastizzi.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta b’kollox seħħew tliet splużjonijiet għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu. Ir-residenti li jgħixu f’appartamenti fuq il-ħanut kienu evakwati.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar ikkontrollaw is-sitwazzjoni imma xejn ma jnaqqas mix-xokk dalgħodu. Infatti waħda mill-ħaddiema waslet il-ħanut u spiċċat imbikkma xħin rat din ix-xena quddiemha.

It-triq ewlenija tar-raħal tinsab magħluqa. Fuq il-post hemm Pulizija esperti u nies li nġabru bilkemm jistgħu jemmnu kif inqered il-ħanut.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend