Pulizija tat-traffiku l-isptar wara ħabta – One News

Notifiki

Pulizija tat-traffiku l-isptar wara ħabta

Ħabta bejn karozza u pulizija tat-traffiku waslet biex dan tal-aħħar jittieħed l-isptar għall-kura.

Waqt li s-Surġent ta’ 34 sena minn Raħal Ġdid kien bil-mutur tas-servizz wieqaf fuq it-traffic lights fi Triq Diċembru 13, daħlet fuqu karozza tat-tip Daihatsu Sirion misjuqa minn mara ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ.  Iż-żewġ vetturi kienu qegħdin jinstaqu fid-direzzjoni lejn il-Belt. Kawża tal-impatt il-mutur u s-Surġent tkaxkru diversi metri.

Fuq il-post dehru b’mod immedjat numru ta’ pulizija mill-istess sezzjoni li għaddew isegwu xi ġralu l-kollega tagħhom. Dan fl-istess ħin li pulizija oħra kienu qed imexxu investigazzjoni.

Il-Pulizija ttieħed l-isptar biex jiddewwa għall-ġrieħi ħfif li sofra.

incinc2

Ritratti: Melvic Zammit

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend