Probation talli prova joqtol – One News

Notifiki

Probation talli prova joqtol

Raġel ta’ 35 weħel tlett snin probation wara li instab ħati t’attentat ta’ qtil fuq eks ġurnalista.

James Aquilina tpoġġa fuq ordni ta’ probation u sorveljanza wara rakkomandazzjoni tal-psikologu kliniku u uffiċjal tal-probation.

Il-każ imur lura għal Ottubru elfejn u disgħa meta James Aquilina tah daqqiet ta’ sikkina lil sid ta’ stabbiliment David Darmanin.

Darmanin li għamel xi żmien jaħdem ta’ ġurnalist ma’ gazzetta lokali, spiċċa qala erba’ daqqiet u nstab mitluq għal tulu f’għadira demm.

Fil-Qorti instema’ kif il-mottiv ta’ Aquilina kien wara li l-eks sieħba tiegħu spiċċat toħroġ ma’ Darmanin ftit wara li ntemmet ir-relazzjoni bejn l-akkużat u t-tfajla.

Huwa anki ġie ordnat jagħmel mitt siegħa xogħol fil-komunita’ kif ukoll iħallas kważi mas-sitt t’elef ewro fi spejjeż tal-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend