Mhux ħati ta’ qtil involontarju – One News

Notifiki

Mhux ħati ta’ qtil involontarju

Sid ta’ jott ma nstabx ħati li kkaġuna l-mewt b’mod involontarju t’anzjan ta’ 81 sena.

Il-każ imur lura għal-Lulju ta’ sitt snin ilu meta John Zarb ta’ 57 sena min-Naxxar meta kif kien fil-ponta ta’ Tigne ħabat ma’ dgħajsa żgħira li fuqha kien hemm Giuseppe Gatt.

Id-dgħajsa tal-anzjani bl-isem ta’ San Ġużepp spiċċat tagħmel l-ilma u għerqet filwaqt li l-mara tal-akkużat spiċċat qabżet fil-baħar biex tgħin l-anzjan li spiċċa fil-baħar.

Espert tekniku li tqabbad biex janalizza l-każ sostna li d-dgħajsa tal-anzjan kienet miexja meta ġara l-impatt mal-jott u qal ma jistax jispjega għala l-anzjan ma ħax azzjoni qabel l-jott resaq lejh.

Espert mediku ieħor sostna li l-anzjan kellu wkoll problemi fil-vista t’għajnejh u għalhekk dan jista’ jiġi attribwit lejn il-każ.

Sadanittant meta ġie biex jaqta’ l-każ, il-Maġistrat Neville Camilleri ċanfar lil min mexxa l-investigazzjoni għaliex skont hu wasal għall-konklużjonijiet waħdu.

Meta kkunsidra li kien hemm verżjonijiet kunfliġenti u evidenza differenti, il-Maġistrat ma sabx ħati lill-akkużat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend