Mhux ħati b’pussess tad-droga – One News

Notifiki

Mhux ħati b’pussess tad-droga

Barman ma nstabx ħati b’pussess ta’ kokaina għaliex il-qorti ma sabitx biżejjed provi kontrih.

Dylan Agius ta’ 28 sena kien qed iservi x-xorb f’bar fil-Furjana meta waqt rejd tal-pulizija instabet id-droga fil-ġakketta tar-raġel kif ukoll numru ta’ pilloli ecstasy f’taraġ li jagħti għat-toilets li hemm fil-bar.

Il-pulizija sabu wkoll numru ta’ mobiles u sitt mitt ewro fi flus kontanti fil-karozza tal-akkużat.

Filwaqt li l-evidenza kienet tidher li qed tipponta lejn ir-raġel, il-Qorti argumentat li m’hemmx provi biżejjed li r-raġel kien jaf bid-droga fil-ġakketta li għalkemm tiegħu nstabet mdendla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend