Inqas għaġin u krakar, iktar irkuptejn b'saħħithom | One News

Notifiki

Inqas għaġin u krakar, iktar irkuptejn b’saħħithom

Is-Saħħa f’pajjiżna sejra ‘l quddiem, iżda fi staġun fejn wieħed ifittex il-ġelati u l-krakar, importanti li ngħarrfu kif dawn jistgħu jaffettwaw is-saħħa. Dan għaliex it-tip tal-ikel li nieklu u x’tip ta żraben nagħżlu huma fatturi li ‘il quddiem jistgħu iwasslu f’intervent mediku maġġur.

L-operazzjoni maġġura tat-tibdil tal-irkoppa hija waħda mill-iktar interventi mediċi komuni fost il-Maltin f’dawk li huma operazzjonijiet ortopediċi.

Raġuni komuni ħafna għalfejn wieħed jiġi bżonn dan it-tip ta’intervent hija kundizzjoni bl-isem ta’ Osteoarthritis, kundizzjoni fil-ġogi li ħafna drabi tkun akkumulat tul is-snin.

F’intervista ma’ One News,Prof. Andrew Borg, li huwa Romatologu spjega li din il-kundizzjoni.

Huwa stqarr li meta wieħed ikollu piż addattat għat-tul tiegħu jevita li jkun hemm pressjoni fuq il-ġogi, u b’hekk iktar jonqos iċ-ċans li tiżviluppa din il-kundizzjoni.

Il-Professur spjega kif kull min huwa overweight għandu jevita li jikkonsma ħobż, għaġin, patata u ross filgħaxija.

Iżda skont il-Professur Borg, fattur ieħor li forsi ħafna ma jagħtux każ huma x’tip ta’ żraben jilbsu. Huwa wissa li wieħed għandu jfittex żraben li jkollhom ‘shock absorbing insoles’, suletti li jneħħu ftit mill-piż minn fuq il-ġogi.

Għalkemm l-operazzjoni tat-tibdil tal-irkoppa hija waħda ta’ suċċess u aċċessibbli ħafna f’pajjiżna, wieħed xorta għandu jagħmel li jista’ biex kemm jista jkun jevita l-bżonn ta’ intervent mediku, għaliex il-prevenzjoni tibqa’ dejjem aħjar mill-kura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend