Ta' ħames snin tirrappreżenta lil Malta u tirbaħ! | One News

Notifiki

Ta’ ħames snin tirrappreżenta lil Malta u tirbaħ!

Layla Pulis għandha biss ħames snin. Tifla gustuża mill-Belt Vallett li rrappreżentat lil Malta f’festival tal-kant li sar Spanja.

Is-sezzjoni kienet miftuħa għal tfal ta’ bejn s-sitt snin u d-disa’ snin, iżda għalkemm Layla għandha biss ħames snin, mhux talli pparteċipat, talli ġiet l-ewwel. Ipparteċipaw żewġ Maltin oħra – waħda minnhom kisbet it-tieni post u oħra ġiet il-ħames.

Layla ilha tkanta minn mindu kellha erba’ snin, flimkien ma La Voix Academy. Fil-festival Aire Nuevo fi Spanja kienet l-unika tifla li kantat bit-Taljan, u serqet qalb kulħadd bil-karattru simpatiku tagħha. L-ikbar xewqa tagħha hi li xi darba tipparteċipa fil-festival Zecchino d’Oro.

layla2

layla4

layla5

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend