Ir-rapport Chilcot fi ftit kliem – One News

Ir-rapport Chilcot fi ftit kliem

Il-kap tal-inkjesta dwar is-sehem tal-Ingilterra fil-gwerra tal-Iraq ippubblika rapport dwar il-kunflitt. Jemmen li kien imfassal fuq pjanar ħażin għall-kollox u ntemm mingħajr suċċess.

John Chilcot, uffiċjal taċ-ċivil, ħadem fuq l-inkjesta għal seba’ snin. Ir-rapport sar

Qal li r-Renju Unit għażel li jingħaqad fl-invażjoni tal-Iraq qabel kienu eżaminati alternattivi iktar paċifiċi.

Il-punti ewlenin tar-rapport huma dawn:

  1. Ir-Renju Unit mar għal gwerra qabel esplora alternattivi oħra, u azzjoni militari ma kinitx użata bħala għodda tal-aħħar tama.
  2. L-invażjoni tal-2003 kienet ibbażata fuq dawk li qed jissejħu “flawed intelligence and assessments” li qatt ma kienu ikkuntestati.
  3. It-theddida serja tal-armi tal-qerda tal-massa tal-Iraq ma ngħatatx l-importanza kollha mistħoqqha u ma kinitx mifhuma sewwa.
  4. L-Ex Prim Ministru Tony Blair qal li l-intenzjonijiet wara kull deċiżjoni li ttieħdet kienu tajba u jerfa’ kull responsabilità għall-iżbalji.
  5. Familji ta’ Brittanniċi li mietu fil-gwerra tal-Iraq qed jinsistu li l-kunflitt kien fjask sħiħ u qed jikkonsidraw li jieħdu azzjoni legali.
  6. Il-Prim MinistruDavid Cameron qal li hemm lezzjonijiet x’jitgħamllmu u ħabbar dibattitu parlamentari fuq jumejn.
  7. Jeremy Corbyn, f’isem il-Laburisti Ingliżi, qal li l-gwerra  says war was “act of military aggression launched on a false pretence”
Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Fir-Rapport isemmu in-numru ta’ suldati Inglizi biss li mietu ghal xejn! Kif ma jissemewx in-numru ta’ suldati Iraqqini u aktar u aktar in-numru ta’ Civili Iraqqini li ietu intortament kawza ta’ dan l-attak fuq l-Iraq? Mela is-Suldati Inglizi biss jimpurtahom? Min jaf kemm hallew vittmi innocenti Iraqqini kawza ta’ l-attakk li ghamlu l-Amerika u l-Ingilterra! Il-ghala ma jissemmewx dawn? Dawn mhux bnedmin ukoll kienu! Veru tal-misthija!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend