Ħamsa oħra għall-qorti b’rabta mal-każ tar-raġel ta’ Giovanna – One News

Notifiki

Ħamsa oħra għall-qorti b’rabta mal-każ tar-raġel ta’ Giovanna

Il-pulizija għandha kollox lest biex fi żmien li ġej tressaq ħames persuni oħra l-qorti b’rabta mal-każ ta’ xogħol fil-privat b’fondi pubbliċi  f’Għawdex.

Il-każ ewlieni kontra r-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono, Anthony Debono, mistenni jkompli dalgħodu u wħud minn dawn il-persuni mistennija jkunu fost ix-xhieda. Għalkemm kif jiġri f’każi bħal dawn, ix-xhud jaf jagħżel li ma jiddikjara xejn biex ma jikkompromettix il-pożizzjoni tiegħu.

Dawn il-ħames persuni huma lkoll nies li allegatament gawdew mix-xogħol li Debono bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu fil-privat f’dak li hu meqjus bħala wieħed mill-ikbar skandli politiċi fl-aħħar snin.

Jirriżulta li dawn se jitressqu b’ċitazzjoni u mhux b’arrest u għalkemm għad m’hemmx data stabbilità ta’ meta dan mistenni jsir kollox jindika li dawn se jibdew jitressqu qabel ikun intemm il-każ kontra Anthony Debono.

Anthony Debono kien imexxi dipartiment importanti taħt il-Ministeru ta’ Għawdex fi żmien li martu kienet il-Ministru u mix-xhieda li ħarġu sa issa jirriżulta li kien imexxi dan id-dipartiment b’ċertu awtonomija u lil hinn mir-regoli stabbiliti li Diretturi f’dipartimenti oħra kienu jsegwu.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend