Ferħ u rigali f’għeluq sninhom – One News

Notifiki

Ferħ u rigali f’għeluq sninhom

Għall-ewwel darba qed jingħata servizz ġdid fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, fejn kull anzjan u anzjana se jibdew jingħataw rigal f’għeluq sninhom.
Il-fondi għal din l-inizzjattiva ser jinħargu mill-kumitat tal-welfare li jinsab fi ħdan il-Ministeru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

Waqt żjara llum fid-Djar tal-Anzjani tal-Mosta, il-Ministru Michael Farrugia flimkien mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qassmu rigali lil dawk l-anzjani li jagħlqu żmienhom f’Lulju.
Il-Ministru flimkien mas-Segretarju Parlamentari awguraw lil dawn ir-residenti kollha filwaqt li rringrazzjaw lill-ħaddiema kollha għax-xogħol u dedikazzjoni tagħhom. Saħqu li l-ħidma tagħhom se tibqa’ għaddejja bla waqfien sabiex l-anzjani li jinsabu fir-residenzi jkollhom ħajja aktar kuntenta.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend