340 Pulizija jibbenefikaw minn revizjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet – One News

Notifiki

340 Pulizija jibbenefikaw minn revizjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet

Madwar 340 Pulizija qed jibbenefika minn revizjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet, fuq talba tagħhom stess. Dan stqarru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Pulizija fil-komunità biex jiġi mmarkat il-202 sena mit-twaqqif tal-Korp.

Waqt il-ftuħ ta’ l-ewwel wirja li saret fil-Parlament fuq l-istorja tal-Korp tal-Pulizija, il-Ministru ħabbar li fl-aħħar ġimgħat inbeda proġett li fl-ewwel fażi tiegħu ġab fis-seħħ tibdil f’numru xiftijiet ta’ diversi taqsimiet tal-Pulizija.

Ġew introdotti ħinijiet ta’ xiftijiet aktar flessibli, li joffru mistrieħ adegwat u l-possibilità li l-membri jqattgħu aktar ħin mal-familja tagħhom. Diversi membri tal-Korp, bis-sehem tal-Unions, ressqu talbiet biex il-korp jikkunsidra d-diffikultajiet li diversi membri u l-familji tagħhom kienu għaddejin minnhom minħabba ħinijiet ta’ xiftijiet mhux vantaġġjużi.

Il-maġġoranza tar-reviżjoni tax-xiftijiet affetwati raw tibdil minn ħamest ijiem xogħol segwiti minn ġurnata xogħol għal erbat ijiem xogħol segwiti minn ġurnata off. Taqsimiet oħra raw tibdil minn tliet ijiem xogħol segwiti minn ġurnata off għal sistema ta’ day, night, rest off. Fiż-żmien li ġej aktar taqsimiet se jkunu qegħdin jaraw reviżjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet tagħhom.

Il-Ministru qal li wara l-ingaġġ ta’ 229 kunstistabbli fl-aħħar sentejn, preżentament il-korp għandu madwar 1,050 pulizija li jservu lil pubbliku fl-għasses distrettwali, l-ewwel art ta’ għajnuna għal dawk li jirrikorru għand il-Pulizija f’mumenti diffiċli.

Ritratt: DOI Pierre Sammut

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend