14-il xahar ħabs talli traffika l-kokaina malli ħareġ – One News

Notifiki

14-il xahar ħabs talli traffika l-kokaina malli ħareġ

Somalu ta’ 30 sena reġa ntbagħat 14-il xahar ħabs wara li ammetta li ttraffika l-kokaina f’Paceville. Huwa ġie arrestat fis-26 ta’ Ġunju, ftit tal-ħin wara li ħareġ mill-ħabs, wara li skonta sentenza fuq serq.

Il-pulizija arrestat lis-Somalu wara li l-imġieba tiegħu qanqlet suspett. Wara tfittxija li saret fuqu nstabu tliet qratas bil-kokaina, li l-akkuzat kien se jbiegħ għal €50-il wieħed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend