Il-pulizija tinvestiga sejba ta’ mara mejta f’maħżen – One News

Notifiki

Il-pulizija tinvestiga sejba ta’ mara mejta f’maħżen

Il-pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ mara mejta f’maħżen ġewwa Ħal Qormi.
Kien il-Ħadd filgħaxija li saret din is-sejba bil-pulizija jissejħu mal-ewwel fuq il-post u tibda investigazzjoni, bil-ħatra ta’ maġistrat inkwirenti fost oħrajn.

Kienu l-Pulizija mir-Rapid Interverntion Unit flimkien ma’ dawk tat-Traffiku u tad-Distrett li marru l-ewwel fuq il-post fejn bl-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili bdew jinfetħu l-imħażen li hemm fi Triq il-Kummerċ. Dan għax it-tagħrif anonimu kien li persuna tinsab mejta f’wieħed mill-imħażen f’din it-triq.

F’wieħed minn dawn l-imħażen, li ma jintużax, instab il-ġisem bla ħajja tal-mara, li iżjed tard ġiet identifikata bħala mara ta’ 33 sena residenti s-Swieqi u li ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Mahzen

“Minn investigazzjonijiet preliminari li saru jirriżulta li l-każ huwa x’aktarx omiċidju,” qalet stqarrija tal-Korp.

Fil-fatt, fuq il-post issejħu wkoll il-pulizija mit-taqsima tal-omċidiji tal-Korp tal-Pulizija. F’din l-investigazzjoni se tkun kruċjali l-awtopsja biex tiddetermina l-mewt tal-mara u kemm kienet ilha hemm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend