Seftura b’sentenza sospiża wara li serqet €550 – One News

Notifiki

Seftura b’sentenza sospiża wara li serqet €550

Filippina ta’ 35 sena li taħdem bħala seftura ammettiet li serqet €550 mingħand persuna li kienet tgħix u taħdem magħha.

Il-mara ġiet ikkundanata sentejn ħabs sospiżi għal tlett snin u ġiet ordnata tħallas il-flus lura fi żmien sitt xhur.

Fil-Qorti, l-Filippina wiegħdet li se żżomm mal-ordnijiet tal-qorti u qalet li iddispjaċieha li wettqet ir-reat, anke minħabba wliedha.

Il-Filippina diġà ħallset €50 lill-persuna li magħha kienet taħdem bħala seftura u tgħix magħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend