AĠĠORNATA: L-IS b'attakk fil-Bangladesh | One News

Notifiki

AĠĠORNATA: L-IS b’attakk fil-Bangladesh

Il-Prim Ministru Sheikh Hasina spjega li tlettax-il ostaġġ inħelsu u sitt persuni armati nqatlu.

Il-Kap Segretarju tal-Kabinett Ġappuniż spjega li ċittadin Ġappuniż kien vittma ta’ sparatura u li qed isoffri minn ġrieħi gravi. Fil-kafetterija kien hemm seba’ persuni oħra li fosthom kien hemm Taljani u Ġappuniżi.

Fil-Bangladesh, il-forzi tal-pajjiżi daħlu f’kafeterija wara li numru ta’ persuni armati żammew numru ta’ persuni ostaġġi.L-Istat Iżlamiku refa’ r-responsabilita’ ta’ dan l-attakk fil-kapitali Dhaka.

Jidher li l-operazzjoni tal-qawwiet tal-Bangladesh kienet waħda massiċa hekk kif is-suldati daħlu bil-qawwa u għal ħin twil instema’ sparar hekk kif il-forzi tal-pajjiż pruvaw jegħlbu lill-militanti.

Żewġ puliżija nqatlu matul din l-operazzjoni ta’ salvataġġ filwaqt li 30 uffiċjal tal-puliżija sfaw feruta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend