U-TURN BUSUTTIL: Il-PN ukoll jappella mis-sentenza tas-siġġijiet | One News

Notifiki

U-TURN BUSUTTIL: Il-PN ukoll jappella mis-sentenza tas-siġġijiet

Anke l-Partit Nazzjonalista appella mill-aħħar deċiżjoni tal-qorti b’rabta mal-kawża tas-siġġijiet.

Dan wara li meta l-Partit Laburista u l-Gvern iddikjaraw li se jappellaw, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien attakka lill-gvern li bl-appell tiegħu kien se jtawwal iż-żmien biex issir ġustizzja mal-Partit Nazzjonalista. Minkejja li l-appell huwa dritt bażiku fi proċeduri ta’ ġustizzja bħal dawn.

Però jidher li Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista bidlu fehmtom u huma wkoll daħlu dak li jissejjaħ “appell inċidentali.”

Meta ħarġet is-sentenza tal-qorti f’Mejju li għadda, il-partijiet kellhom għoxrin jum biex jappellawha.

F’dak l-istadju appellaw biss il-Partit Laburista u l-Gvern.

Iżda, meta l-Partit Nazzjonalista rċieva l-appell ippreżentat f’din il-kawża, infetħet opportunità oħra biex huma wkoll iressqu appell. U minkejja d-diskors kollu kontra l-appel tal-Partit Laburista, li skont huma sar għax irid itawwal iż-żmien, huma wkoll appellaw mis-sentenza.

Dan għaliex mhux jaqblu mal-mod kif il-qorti ddeċidiet dwar Għawdex fit-tieni sentenza tagħha u għalhekk qed isostnu li d-deċiżjoni għandha tkun preċiżament bħal dik tal-ewwel sentenza. Anke jekk iż-żewġ sentenzi taw żewġ siġġijiet iktar lill-Partit Nazzjonalista.

Dan l-appell kien iffirmat minn Paul Borg Olivier u qed jidhru fih f’isem il-Partit Nazzjonalista l-Kap Simon Busuttil, is-Segretarju Ġenerali Rosette Thake, il-President tal-Eżekuttiv Ann Fenech u d-deputati Claudette Buttigieg u Frederick Azzopardi.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend