'Festa Familja' f'Selmun | One News

Notifiki

‘Festa Familja’ f’Selmun

Is-Sibt li ġej se ssir Festa Familja fis-Park tal-Familija f’Selmun, bil-qliegħ kollu jmur għall-Malta Community Chest Fund.

Se jkun hemm minn kollox: il-Mellieha Scouts group, wirjiet bil-karozzi u mutur, kant u żfin minn gruppi varji, stands armati, u screen għal min irid isegwi l-logħba bejn il-Ġermanja u l-Italja mill-Euro Cup 2016. Preżenti se jkun hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Candy Rush Mellieħa organizza l-festa b’kollaborazzjoni mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Stiednu lil kulħadd jattendi, kemm għall-gost u kemm biex tingħata għajnuna lil dawk fil-bżonn. L-attivitajiet se jsiru bejn is-18:00 u l-23:00.

 

festafamilja

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend