Droga, arma u flus kontanti f’garaxx fl-Imsida – One News

Notifiki

Droga, arma u flus kontanti f’garaxx fl-Imsida

Ħidma mill-membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ wasslet għas-sejba ta’ iktar minn kilo sustanza suspettata raża tal-kannabis u madwar 100 gramma ta’ sustanza suspettata kannabis, flimkien ma’ arma tan-nar u madwar €20,000 fi flus kontanti, ġewwa garaxx fl-Imsida.

B’rabta ma’ din is-sejba mistenni jitressaq il-Qorti, iżjed tard illum, Malti ta’ 30 sena, akkużat bi traffikar u pussess aggravat tal-imsemmija droga u li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar mingħajr liċenzja, kif ukoll li sar reċidiv.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend