Imsewwi r-recorder tat-titjijra tal-EgyptAir li ġġarrfet – One News

Imsewwi r-recorder tat-titjijra tal-EgyptAir li ġġarrfet

Investigaturi Eġizzjani qalu li ssewwa r-recorder tal-ajruplan tal-EgyptAir li ġġarraf ix-xahar li għadda. It-tiswija fuq ir-recorder saret fi Franza, wara li sofra diversi ħsarat.

Dalwaqt tibda l-ħidma fuq ir-recorder tal-vuċi li kien hemm fil-kabina tal-Airbus A320. Dan sabiex esperti janalizzaw l-informazzjoni li tista tagħti spjegazzjoni għal x’wassal biex l-ajruplan jiġġarraf.

It-titjira MS804 minn Pariġi lejn il-Kajr waqa fil-Baħar Mediterran fid-dsatax ta’ Mejju, bis-66 persuna abbord imutu kollha.

Ir-recorders, magħrufa bħala l-kaxxi s-sewda, waslu Pariġi mill-Kajr it-Tnejn biex jitneħħew traċċi tal-melħ. Dawn issa se jintbagħtu lura l-Kajr għall-analiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss