Eżebit ix-xogħol tal-istudenti tal-Media fl-MCAST | One News

Notifiki

Eżebit ix-xogħol tal-istudenti tal-Media fl-MCAST

L-istudenti tal-Media fl-Mcast l-istitut tal-Arti Kreattiva se jippreżentaw ix-xogħol tagħhom f’attivita’ li ta’ kull sena tattira bosta nies. Din is-sena l-istudenti  kellhom jagħmlu filmat mużikali bil-lingwa Maltija. Dan il-proġett kien b’kolloborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

L-għan ta’ dan il-proġett sar biex nagħtu aktar importanza l-lingwa Maltija u fl-istess ħin l-istudenti tal-iskejjel Sekondarji madwar Malta jieħdu l-lezzjoni tal-Malti b’aktar interess.

L-istudenti għażlu uħud mill-aqwa kantanti stabbiliti f’pajjizna biex flimkien jaħdmu dawn il-filmati mużikali. Fost dawn il-kantanti nsibu lil Corazon Mizzi, Karen DeBattista, Marie Claire Attard, Joseph Refalo, Kantilena, Michela Galea, il-mibki Sammy Bartolo u ħafna ohrajn.

Ta’ kull sena l-Mcast torganizza l-esebizzjoni bix-xogħol tal-istudenti. Il-Ħadd 3 ta’ Lulju ser tittella din l-esebizzjoni fejn  se jintwera ix-xogħol tal-istudenti tal-Media. Filfatt il-filmati mużikali ser jintwerew għall-ewwel darba fis-sala tal-MCAST, fl-Istitut tal-Arti Kreattiva l-Mosta mill-għaxra ta’ filgħodu ‘l quddiem.

Fost il-mistednin se jkun hemm  ir-Rappreżentant mid-Dipartiment tal-Malti David Muscat flimkien mal-lettur  Ian Attard li ħa ħsieb dan il-proġett, kif ukoll il-kantanti kollha li ħadu sehem.

Fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar se jsir Forum  fejn se jiġu mistiedna personalitajiet fix-xena tal-media lokali, kif ukoll bosta attivitajiet oħra fosthom  360 Music Video, demostrazzjoni mill-istudenti  fl-istudio tat-televiżjoni  tal-istitut,  kif ukoll esperjenza  “Drive in”, attività ċinematografika fil-miftuħ, li se ssir l-ewwel darba f’pajjiżna.

postermcast

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend