Votanti Spanjoli jipprovaw iwaqqfu imblokk | One News

Notifiki

Votanti Spanjoli jipprovaw iwaqqfu imblokk

Fi Spanja mistennija terġa’ tinfetaħ il-votazzjoni wara li erba’ partiti politiċi ewlenin fallew milli jkissru l-imblokk politiku mill-elezzjoni ġenerali inkonklusiva ta’ Diċembru li għadda.

L-istħarriġ ta’ opinjoni ssuġġerew li l-elezzjoni tal-Ħadd xorta tista’ ma tegħlibx l-istaġnar eżistenti. L-istħarriġ qed juri li l-partit xellugi, Unidos Podemos qiegħed fuq quddiem, bis-soċjalisti fit-tieni post.

It-tnejn li huma jistgħu potenzjalment jiffurmaw koalizzjoni xellugija. Intant, l-analisti qed jgħidu li ħafna mill-votanti huma diżillużi u li mhux mistenni ‘turnout’ qawwi. Il-postijiet tal-votazzjoni mistennija jagħlqu fis-sitta tal-lejla bir-riżultati mistennija mbagħad jitħabbru bejn sagħtejn u tliet sigħat wara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend