Mhux talli sabulu l-mobile, talli ċċarġjawh ukoll! – One News

Mhux talli sabulu l-mobile, talli ċċarġjawh ukoll!

Ċertu Ian Scicluna kiteb lill-Pulizija fuq il-paġna Facebook tagħhom li meta ħalla mobile ħdejn magna tal-ATM, membru rtirat tagħhom sabu u ħadu lejn l-eqreb għassa, li nzertat dik taż-Żejtun.

S’hawn diġa kien iffortunat, iżda ħassu ferm iktar kuntent meta skopra li ċċarġjawlu l-mobile ukoll! Kieku ma kienx hekk, ma kienx jintebaħ fejn qiegħed, għaliex ma kien jirrispondi ħadd meta ċempel fuq in-numru tiegħu stess biex jittanta xortih, forsi xi ruh tajba tirrispondi u tgħidlu li sabitu.

Storja li tnissel tbissima u li l-Pulizija għandhom ikunu kburin biha.

 

Screen Shot 2016-06-26 at 14.14.47

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Meta tixtru mobile dejjem zommu l-imei number erbatax il-numru ikun fuq il-kaxxa u fuq il-batterija. Jekk jinsteraq u jintuza bih il-pulizija issibulek.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend