Michelle Muscat tgħum minn Wied il-Għajn sal-Port il-Kbir – One News

Notifiki

Michelle Muscat tgħum minn Wied il-Għajn sal-Port il-Kbir

Wasal il-jum li fih mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, tgħum minn Marsaskala għall-Port il-Kbir. Sfida ikbar mis-sena li għaddiet għaliex il-baħar f’dawn l-inħawi fih aktar kurrenti u huwa baħar miftuħ.  Ilbieraħ it-temp xejn ma kien favorevoli fil-gżejjer Maltin, b’riħ, baħar imqalleb u maltemp.

Pero’ illum jidher li t-temp se jkun aktar favorevoli, skont l-uffiċju meterjoloġiku.

Screen Shot 2016-06-24 at 23.28.33

Dan kollu se jsir b’risq The Marigold Foundation, li żżid l-għarfien tal-isfidi ffaċċjati fis-soċjetà. Il-fondazzjoni taħdem  fil-komunitajiet, mal-iskejjel, żgħażagħ u entitajiet speċifiċi, taqsam informazzjoni dwar l-imġieba soċjali u tqajjem argumenti dwar is-saħħa, bżonnijiet speċjali u edukazzjoni.

Il-fondazzjoni tipprovdi mezzi ta’ kuntatti fil-komunità, tipparteċipa u tassisti organizzazzjonijiet fl-avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi u attivitajiet oħra. Michelle Muscat tippresiedi din il-fondazzjoni.

michellemuscat

F’dan il-filmat tidher titħarreġ għall-għawma tal-llum.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend