Jiġbru l-flus għall-pulizija li spara f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

Jiġbru l-flus għall-pulizija li spara f’Tas-Sliema

Fl-aħħar sigħat bdew jinġabru fondi għas-Surġent tal-Pulizija wara li l-Qorti Ċivili sabitu ħati li kkaġuna danni fuq sewwieq wara sparatura li tmur lura 21-il sena ilu f’Tas-Sliema, fl-20 ta’ Settembru 1995.

Fl-2012, il-Qorti Ċivili sabet ħatja lil Sciberras u talbitu jħallas lis-sewwieq is-somma ta’ €33,878. Kien hawnhekk li l-pulizija appella mis-sentenza bil-Qorti tal-Appell tnaqqas s-somma għal €23,626. Madankollu ċ-ċifra xorta tlaħħaq it-€30,000 hekk kif il-Qorti ordnat li jħallas l-imgħax li jibda jakkumula mid-19 ta’ Ġunju, 2012, data tal-ewwel sentenza.

Il-kont tal-bank huwa:

HSBC Account Number 056-183148-050

BIC Number- mmebmtmt

IBAN Number – mt92mmeb44565000000056183148050

Din l-inizjattiva kienet tal-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers’ Union. one.com.mt tkellem mal-President ta’ din Union, Sandro Camilleri, u qalilna kif jaħsibha dwar dan il-każ.

Aqra wkoll: SPARATURA F’TAS-SLIEMA: Pulizija ordnat iħallas €23,000

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ma nafx nemminx, nidhaqx jew nibkix???? Possibbli jew l’oghla ufficcjali tal-kolp ma jafux jew ma jridux isolvu l-kaz, il-ministeru x’inhu jaghmel???? Il-gvern qed jaghmel il-meravilji fl-oqsma kwazi kollha, izda fejn jidhlu certu talbiet/bzonnijiet ragonevoli tal-haddiem, ghadna ferm il-boghod. Zgur mhux daqs l’elezzjoni li jmiss.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend