Statwi bil-plastik u nar imxarrab – One News

Notifiki

Statwi bil-plastik u nar imxarrab

F’lokalitajiet fejn hemm il-festi x-xita li għamlet fl-aħħar siegħat kienet biċċa uġigħ ta’ ras. Fost oħrajn fis-Siġġiewi d-dilettanti tal-festa libsu l-istatwi bil-plastik, filwaqt li t-tapit tal-logħob tan-nar tal-arti ukoll messu ftit ilma. Dawn ikunu mumenti ta’ taqtigħ il-qalb għad-dilettanti li jkunu għamlu sena sħiħa iħejju għal dan it-tmiem il-ġimgħa u li jaraw kif wara xitwa xotta kellu jkun il-jum tal-24 ta’ Ġunju li jagħti tixriba nobis.

tapit

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend