Mozzjoni ta' sfiduċja f'Corbyn | One News

Notifiki

Mozzjoni ta’ sfiduċja f’Corbyn

Żewġ deputati tal-Partit Laburista Ingliż għamlu mozzjoni ta’ sfiduċja fil-mexxej laburista, Jeremy Corbyn. Margaret Hodge u Ann Coffey kitbu liċ-ċermen tal-grupp parlamentari Laburista u qalu li din il-mozzjoni għandha tkun dikussa nhar it-Tnejn.

Anke jekk mhix mozzjoni li toħroġ mill-istatut li jirregola l-Partit Laburista. Fil-fatt irid jiddeċiedi ċ-ċermen tal-grupp tkunx diskussa u jkunx hemm vot dwarha.

Corbyn iddefenda rwol ‘fqir’ tiegħu fil-kampanja referendarja fejn ħafna ddeskrivewh bħala bniedem li mexxa kampanja nofs qalb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend