Resident mill-Faċilità Korettiva b'involviment teatrali | One News

Notifiki

Resident mill-Faċilità Korettiva b’involviment teatrali

Studenti mir-Royal Central School of Speech and Drama tal-Università ta’ Londra, b’kollaborazzjoni mal-Prison Education and Re-entry Programme fl-Università ta’ Malta u ċ-Ċentru tal-Edukazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ħolqu żewġ preżentazzjonijiet mar-residenti nisa u rġiel tal-Faċilità.

Ir-residenti nisa tellgħu preżentazzjoni dwar it-tema tal-familja imsejħa ‘By my side’. Ir-residenti rġiel għażlu t-teatru tat-tfal bħala mezz ta’ kif itellgħu l-preżentazzjoni tagħhom imsejħa ‘Nino’, fejn it-tema kienet il-preġudizzju.

It-teatru f’kuntest ta’ Faċilità Korrettiva jgħin biex jiġu żviluppati l-ħiliet soċjali, l-impenn u t-teamwork fost ir-residenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend