Deċiżjoni BREXIT: Fadal sitt sigħat – One News

Notifiki

Deċiżjoni BREXIT: Fadal sitt sigħat

Aġġornat minn fuq għall-isfel: Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron u l-mexxej tal-Partit Laburista Jeremy Corbyn tefgħu l-vot tagħhom tar-referendum dwar jekk ir-Renju Unit toħroġx jew tibqax fl-Unjoni Ewropea. 

Il-votazzjoni fetħet fis-7a.m., ħin Ingliż u ser tkun qed tagħlaq fl-10p.m. Intant, hawn isfel jidher dak li kellhom il-ġurnali dalgħodu fil-faċċata. 

Screen Shot 2016-06-23 at 11.25.43

Eleġibbli biex jivvutaw hemm aktar minn 46 miljun persuna, deskrit bħala rekord ta’ votanti eleġibli mill-Kummissjoni Elettorali Ingliżi. Dan huwa t-tielet referendum fuq skala nazzjonali fir-Renju Unit.
Screen Shot 2016-06-23 at 11.29.07
Il-kampanja għal dan ir-referendum issa ilha għaddejja għal aktar minn erba’ xhur, b’numru ta’ politiċi jiffavorixxu l-kamp tar-REMAIN u oħrajn tal-EXIT.
Il-mistoqsija fuq il-karta tal-vot tgħid hekk – “Should the United Kingdom remain a member of the European Union or leave the European Union?”
Matul l-lejl inalgħu numru ta’ intoppi ukol hekk kif fil-Lvant ta’ Londra kien hemm maltemp kbir li għamlu diversi għargħar fiż-żona.
gharghar
Minħabba l-għargħar li hemm persuna li toqgħod viċin tal-polling station ta’ Devon Way beda jsellef il-boots tiegħu sabiex in-nies jkunu jistgħu jidħlu u jitfgħu l-vot tagħhom.
Għal dan il-referendum hemm madwar żewġ miljun u mitejn elf persuna minn Wales li huma eleġibbli biex jivvutaw.
sorijiet-UK
Is-sorijiet ukoll taw is-sehem tagħhom hekk kif għall-ħabta tal-ħdax dehru jitilqu mill-polling station f’Londra.
L-eksPrim Ministru, Tony Blair ukoll jgħid tiegħu fuq din il-kwistjoni. Fuq is-sit soċjali tiegħu, l-eksMexxej Laburista ħeġġeġ lill-poplu tar-Renju Unit biex jagħżel li jibqa’ msieħeb fl-Unjoni Ewropea.
13530329_10205966377553089_1222559930_n
Differenti minn polling stations oħrajn, f’Kingston il-vottanti riedu jitfgħu l-voti tagħhhom fuq karozza tal-linja li ġiet transformata f’post tal-votazzjoni (ritratt fuq).
uk
Ritratti: BBC/Twitter
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend